Tfajla Daniża tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Belt tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-23:00 fi Triq l-Assedju l-Kbir.
It-tfajla kienet passiġġiera fuq mutur misjuq minn ġuvni Daniż. Jidher li għal xi raġuni l-mutur li kien qed jinstaq fid-direzzjoni tal-Belt, mad-dawra qabad in-naħa l-oħra tat-triq fejn baqa’ dieħel head on f’taxi.
It-tfajla ittieħdet l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi u tinsab fil-periklu tal-mewt
//= $special ?>

