Futbol Sport

United isalvaw draw fl-aħħar minuti

Mill-Premiership fl-Ingilterra, ilbieraħ Manchester United kellhom jitħabtu biex jiksbu punt fil-logħba barra minn darhom kontra West Bromich Albion. It-tim ta’ Van Gaal reġa’ naqas milli jkun sod fid-difiża, u kmieni fil-logħba spiċċa gowl minn taht.

Kellu jkun xutt qawwi tal-akwist il-ġdid Daley Blind li ġab id-draw, u punt importanti biex United iżommu l-pass mal-ewwel sitta. Il-gowl l-ieħor kien skurjat minn Fellaini, li daħal bħala sostitut fit-tieni taqsima.