L-edukazzjoni, it-trasport u r-riforma fil-ligi dwar l-użu tad-droga kienu fuq l-aġenda ta’ laqgħa bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u delegazzjoni ta’ żgħażagħ li pparteċipaw fil-parlament taż-żgħażagħ.
Fil-bidu tal-laqgħa, iż-żgħażagħ ppreżentaw l-erba’ mozzjonijiet li huma ressqu u ddiskutew fil-parlament taż-żgħażagħ. Il-mozzjonijiet li ressqu ż-żgħażagħ trattaw it-turiżmu, it-trasport, l-edukazzjoni u r-riforma dwar l-użu tad-droga.
Tul il-laqgħa l-Kap tal-PN kien akkumpanjat mid-deputati Nazzjonalisti Joe Caassar, Robert Cutajar u David Agius.
Dwar l-edukazzjoni, Simon Busuttil kkritika l-mod kif se jiddaħħal il-banding li se jwassal biex titnaqqas l-inklussivita fil-konfront tal-persuni b’diżabbilta meta l-istrateġija taħt Gvern Nazzjonalista kienet waħda ta’ inklussivita.
Fuq ir-riforma dwar id-droga, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega li l-Gvern s’issa għadu ippubblika biss white paper iżda ma ppreżentax abbozz ta’ liġi. Il-PN qed jistenna adan l-abbozz biex jiddiskuti b’mod kostruttiv u jressaq il-proposti tiegħu.
Il-pożizzjoni taż-żgħażagħ dwar din ir-riforma hi li huma jesigu tibdil fil-white paper bl-iskop li persuna li tkun tieħu l-kannabis tkun tista’ tieħu l-kura u biex il-liġi ma żżommx l-aċċess għal din il-kura.
Meta tkellem dwar it-turiżmu, l-Kap tal-Partit Nazzjonalist irrifera għall-Air Malta u sostna li din l-entita bħalissa tinsab fuq l-aġenda nazzjonali anki wara li ċ-Chairperson stess ammettiet li m’hemmx struttura f’din l-ażjenda.
Dan hu riżultat tal-fatt li fl-aħħar sena u nofs il-Gvern bidel għal tliet darbiet lill-Kap Eżekuttiv u lic-Chairman. Dan fl-istess mument li tneħħa l-managment kollu tal-Air Malta.
Il-Partit Nazzjonalistjemmen, sostna Simon Busuttil li l-Air Malta għandha tibqa’ wieħed mill-muturi ewlenin tal-ekonomija Maltija u l-link mal-Ewropa u d-dinja. F’dan ir-rigward, il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar it-trasport u qal li fl-aħħar sena u nofs is-sitwazzjoni tat-traffiku marret għall-agħar. Hu sostna li din il-problema turi l-inkompetenza tal-Gvern.
Dwar it-turiżmu ż-żgħażagħ iffukaw fuq turiżmu sostenibbli u ffokaw il-proposti tagħhom fuq Għawdex u l-mod kif dan ir-reġjun jista’ jiżviluppa l-agrikoltura b’mod sostenibbli anki fl-apett turistiku.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem dwar it-trasport u qal li fl-aħħar sena u nofs is-sitwazzjoni tat-traffiku marret għall-agħar. Hu sostna li din il-problema turi l-inkompetenza tal-Gvern.
//= $special ?>

