Laqgħa urġenti f’Ġinevra ġiet imsejħa mill-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) sabiex jiġi diskuss il-pjan ta’ emerġenza dwar l-Ebola u r-restrizzjonijiet li għandhom jiddaħħlu fl-ajruporti. Fil-fatt il-Kumitat ta’ Emerġenza tal-WHO qabel li jiddaħħlu aktar miżuri stretti għal min ikun qed jivjaġġa, u dan sabiex tiġi miġġielda aħjar din l-epidemija.
Fl-Istati Uniti diġa’ iddaħħlu miżuri ta’ dan it-tip, tant li persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi bħal-Liberja jistgħu jinżlu biss f’ħames ajruporti identifikati.
Il-virus diġa’ ħasad il-ħajja ta’ 4,500 persuna l-maġġoranza fil-Punent tal-kontinent Afrikan.
//= $special ?>

