Serb ta’ 25 sena, mar erba’ xhur ħabs fuq serq minn tliet ħwienet minn Tas-Sliema, Mikelic Srdan, residenti tas-Sliema, ġie kundannat erba’ xhur ħabs mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li nhar it-Tnejn li għadda f’ħinijiet differenti huwa seraq diversi oġġetti minn għadd ta’ ħwienet f’Tas-Sliema stess.
Huwa ammetta li seraq mill-ħwienet Berskhsa, OVS u Next. Ammetta wkoll li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa, li kiser l-ordni pubblika, li ma obdiex l-ordnijiet leġittimi tal-Pulizija, li saq karozza bi traskuraġni u li ġera bil-qawwi fit-triq b’periklu għall-pubbliku. L-Avukat Christopher Chircop deher għas-Serb filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jason Francis Sultana.
//= $special ?>

