AĠĠORNAMENT
Ħabta bejn erba’ karozzi f’Ħaż-Żebbuġ kmieni dalgħodu ħalliet sewwieq ferut. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:15am, qrib il-More Supermarket fi Triq l-Imdina Ħaż-Żebbuġ. Fil-post issejħu ukoll il-paramediċi li waslu b’ambulanza.
Is-sewwieq ferut huwa żagħżugħ ta’ 24 sena mir-Rabat li kien qed isuq Ford Escort.
Jidher li l-ħabta seħħet wara li vettura tat-tip Honda misjuqa minn raġel ta’ 35 minn Ħal Qormi baqgħet dieħla fil-karozza ta’ quddiemha. Bl-impatt, il-karozzi baqgħu deħlin bumper-to-bumper fuq iż-żewġ karozzi l-oħrajn li kienu qed jinstaqu quddiemhom, fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi.
//= $special ?>