Lokali

Għassiesa tal-Ħajja tal-ERRC jsalvaw tliet irġiel fil-bajja tar-Ramla il-Ħamra f’Għawdex

Illum għall-ħabta tas-2.30pm, erba’ għassiesa tal-baħar tal-Emergency Response and Rescue Corps li kienu off duty, assistew tletti irġiel fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’ Kemmuna, waqt li kienu qed jisserfjaw. Huma nnutaw tlett persuna jiġu mkaxxkra mill-kurrent fin naħa tal-lvant tal-bajja, post li huwa mgħaruf ma tal-lokal kemm hu perikoluż f’ dawn il-kundizzjonjiet minħabba kurrenti qawwija. Tnejn mill-voluntiera huma membri tal-puliżija maltija u tal-Protezzjoni Ċivili rispettivament.

L-Għassiesa tal-baħar assistew lil dawn it-tlett irġiel billi kaxkruhom fuq il bajja u ipprovdew l-ewwel għajnuna meħtieġa. Wieħed min dawn l-irġiel kien jidher għajjien u eżawst ħafna. Huma kienu kollha barranin.

Is-servizz tal-għassiesa tal-baħar spiċċa fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru