Fi stqarrija il-Pulizija kkonfermat li r-rizultati mill-awtopjsa dwar il-każ tar-ragel li instab mejjet f’Ħal Qormi, kkonfermaw li huwa raġel ta’ 54 sena, residenti Bormla.
Francis Cauchi kien ir-raġel minn Bormla li x-xahar l-ieħor kien irrappurtat nieqes. L-aħħar li deher kien f’Raħal Ġdid. Il-katavru instab moħbi fil-ħaxix li hemm f’Wied iċ-Ċawsli, u rasu ġol-ħamrija. Dalgħodu saret l-awtopsja fuq il-kadavru.
Il-Pulizija qalu wkoll li ma nstabu lebda sinjali ta’ vjolenza fuq il-kadavru.
//= $special ?>