Aktar kmieni:
Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja tax-xandar Manni Spiteri, wieħed mill-aktar xandara ta’ esperjenza u li ddedika ħajtu biex ix-xandir ta’ pajjiżna jimxi ‘l quddiem.
Manni Spiteri għamel numru ta’ snin jaħdem ukoll mal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista kompla li wieħed ma jistax ma jfakkarx l-imħabba li Manni Spiteri kellu għal Malta u għal-lingwa Maltija. Dan huwa eżempju għal kull min għandu għal qalbu ‘l pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista jsellem lil Manni Spiteri u jagħti l-kondoljanzi lill-familja Spiteri.
Ix-xandar veteran Mannie Spiteri miet il-lejl li għadda propju fil-post tant għal qalbu, studio żgħir li kien bena fid-dar tiegħu, fejn kien għadu jirrikordja l-programmi għar-radju.
Mannie Spiteri kien pijunier tad-Dipartiment tal-Informazzjoni u kien ukoll involut fi proċess ta’ ristrutturar ta’ Xandir Malta, illum il-PBS, fl-1987. Ħadem ukoll biex twaqqaf iċ-ċentru tal-media tal-Knisja.
Matul il-karriera tiegħu hu dderieġa numru ta’ films u produzzjonijiet televiżivi u ngħata wkoll l-Ordni tal-Mertu Nazzjonali għas-servizzi tiegħu lix-xandir fl-1999.
//= $special ?>