Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-Baġit 2015 mistennija tkun ta’ 58 ċenteżmu.
F’intervista li ġiet irrekordjata matul il-ġurnata, il-Kelliem għall-Gvern Carmelo Abela ġie mistoqsi propju dwar din ż-żieda. Din iż-żieda, skont id-deputat Abela, toħroġ mill-mekkaniżmu tal-COLA. L-intervista sħiħa se tiġi mxandra llejla waqt il-programm ‘Iswed fuq l-Abjad’ immexxi minn Frank Psaila.
Dan l-ammont jirrifletti inflazzjoni baxxa għas-sena li ġejja.
Oriġinarjament kienet issemmiet iċ-ċifra ta’ €1.16 bħala żieda għall-għoli tal-ħajja fil-Baġit li jmiss. Din kienet se tkun l-inqas żieda sa mill-2010, fl-eqqel tar-riċessjoni globali.
//= $special ?>