Ftit tal-ħin ilu ġġarfu żewġ tined fit-Terminus tal-linja fil-Floriana. Skont l-aħħar sorsi weġġaw xi nies li kienu qed jistennew taħt tinda quddiem il-bus stop tal-lukanda Phoenicia fejn anke ssejħet ambulanza biex tieħu persuna midruba għall-kura .
Ftit tal-minuti wara dan l-inċident it-tinda li hemm fil-bidu tat-terminus, il-post fejn jkun hemm il-karozzi tal-linji bin-numru 12 u 13, ħadha r-riħ iżda fortunatament ma weġġa’ ħadd f’dan l-incident.
Kienu bosta li ċemplu l-Newsroom biex jgħidulna kif kienet is-sitwazzjoni. Huma qalulna li dawn it-tined qatt ma kienu marbutin sew. Uħud qalulna li ġieli kelmu lill-ħaddiema preżenti dwar it-tined iżda qatt ma ttieħdet azzjoni.
//= $special ?>