Sandro Mifsud ta’ 41 sena minn tas-Sliema flimkien Stephen Stellini ta’ 33 sena minn Ħal Qormi, inżammu taħt arrest preventiv, wara li tressqu b’arrest mixlijin b’serq. Il-każijiet seħħew bejn l-14 ta’ Ottubru u nhar it-Tlieta li għaddew.
Mifsud u Stellini ġew mixljin li nhar l-14 ta’ Ottubru tad-9.30 p.m fil-Gżira ikkommettew ser ta’ handbag minn fuq mara. Apparti hekk nhar id-19 ta’ Ottubru fis-7.00 p.m fil-Ħamrun ikkommettew serq ta’ handbag minn fuq il-peruna oħra
Sadanittant fl-20 ta’ Ottubru fid-9.30 p.m fil-Gżira huma wettqu serq ta’ mobile u kwarta wara fl-Imsida ikkommettew serq ta’ handbag.
It-Tlieta li għaddew f’12.40 p.m f’Ħal Qormi ikkommettew serq ta’ handbag.
L-Ispettur Arthur Mercieca oġġezzjona għat-talba tal-ħelsien mill-arrest, minħabba l-fatt li jridu jixhdu x-xhieda pajżana. Dan apparti li dawn huma reati serji. Il-Qorti ċaħdet it-talba tad-difiża u l-imputati inżammew taħt arrest preventiv. Għall-imputati deher l-Avukat Joe Brincat.
//= $special ?>

