Qorti

L-Aġent Kummissarju jinstab ħati ta’ disprezz mill-Qorti

Il-Maġistrat Francesco Depasquale immulta lill-Aġentg Kummissarju Ray Zammit €300 wara li sabu ħati ta’disprezz wara li għal diversi drabi ma kien preżenti għal kawż taż libell li l-ex Rappreżentant tal-Gvern Malti għal Brussell, Richard Cachia Caruana kien għamel kontra l-Editur tal-gazzetta tal-Partit Laburista, Kullħadd, Felix Agius.

Il-Qorti f’digriet li hija tagħat qalet li s-sentenza ilha lesta biex tingħata għal dawn l-aħħar ħames seduti, iżda l-każ baqa’ dejjem jiġi differit minħaabba l-assenza tal-Kummissarju tal-Pulizija jew tal-Editur Felix Agius.

Il-Maġistrat qal li huwa evidenti li kien hemm attenti biex il-ġustizzja tiġi intralċata.

“Din il-Qorti qalet li ma tistax taċċetta “ndħil” minn naħa tal-Kummissarju tal-Pulizija, jiġifieri li l-fatt li l-Kummissarju ma jkunx preżti qed jiġi meqjus li dan qed isir biex ma tingħatax is-sentenza. Il-Qorti qalet li l-kawża tal-libell għad-danni ilha sejra mis-sena 2001, bil-Qorti ikollha jdejha marbuta li ma tistax tagħti sentenza, 13-il sena wara minħabba n-nuqqasijiet tal-Kummissarju.

Wara li mmultah, il-Maġistrat Depasquale ordnalu li jaqdi dmiru fis-seduta li jmiss. Huwa ordna wkoll li d-digriet jintbagħat lill-istess Kummissarju u lill-Ministru tal-Intern, li huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-Kummissarju. Il-każ ikompli fid-19 ta’ Novembru li ġej.