Qorti

L-Avukat Ġenerali jerġa’ jappella mill-pleġġ li ngħata r-raġel mixli li qatel lil missier il-partner

L-Avukat Ġenerali reġa’ appella mill-pleġġ li ngħata Gregorio Scicluna, nhar it-Tnejn li għadda mill-Maġistrat Josette Demicoli.

L-Appell jgħid li l-kundizzjoni mposta fuq l-imputat mill-Qorti tal-Maġistrati biex ma jersaqx lejn il-lokalitajiet tal-Fgura, Ħal-Tarxien, u l-Kalkara, ftit li xejn tista’ toffri serħan il-moħħ lill-vittmi li b’xorti tajba għalihom għadhom ħajjin, liema xorti iżda ma messitx lil Joseph Caruana.

Ingħad ukoll li hawn għandek tliet persuni, fosthom żewġ minuri, li mhux biss kienu fil-mira ta’ l-iżbroff omiċida ta’ Gregorio Sciclina, iżda li effettivament huma l-uniċi xhieda tal-qtil ta’ Joseph CaruanaScicluna magħruf bħal “Il-Goodie” jinsab akkużat bil-qtil ta’ missier is-sieħba tiegħu b’tir ta’ senter, u ngħata l-liberta’ proviżorja nhar it-Tnejn li għadda fuq depożitu ta’ €30,000 u diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €30,000 oħra.