Lokali Parlament

L-Ispeaker mitlub jinvestiga l-aġir tal-media Laburista

Id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino talab lill-Ispeaker jinvestiga inċident li seħħ illejla barra l-bini tal-Parlament minn ġurnalista tal-media Laburista li waqt li kien ħiereġ mill-Palazz, twaqqaf b’mod mhux korrett u kien ostakolat mill-ġurnalista.
Il-każ tressaq lill-Ispeaker fis-seduta tal-lejla stess u spjega li l-mod kif twaqqaf, fil-ħin l kien akkumpanjat ukoll mid-Deputat Nazzjoanalista Charlo Bonnici, ma kienx korrett u etiku, u għaldaqstant talab lis-Sedja tinvestiga l-każ.