It-tim nazzjonali ta’ taħt is-17-il sena temm l-impenji tiegħu fi Grupp 8 mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2015 b’telfa ta’ 2-1 kontra l-Finlandja. Din kienet it-tielet telfa konsekuttiva li sofra t-tim immexxi minn Sergio Soldano. Madankollu wieħed irid jgħid li l-wirjiet tat-tim Malti fis-Serbja kienu ferm pożittivi. Fl-ewwel logħba Malta kienet tilfet 1-0 kontra s-Serbja u ftit jiem waslet telfa ta’ 1-0 kontra l-Olanda.
Il-Finlandja fetħu l-iskor kontra l-Maltin permezz ta’ Maenpaa fis-16-il minuta. Fil-50 minuta gowl ta’ Beerman ġab id-draw għal Malta imma Lingman għamilhom 2-1 minn penalty żewġ minuti wara.
Fil-logħba l-oħra l-Olanda rebħet 1-0 kontra s-Serbja biex rebħet il-grupp b’punti massimi minn tliet konfronti.
Kif bdew:
Timothy Aquilina, Nicholas Pulis, Nick Ghio, Matthew Guillaumier, Jean Borg, Aidan Friggieri, David Xuereb, Zachary Brincat, Kieran Xuereb, Myles Beerman, Russell Fenech
Riżultati
Grupp 8
Olanda v Serbja 1-0
Finlandja v Malta 2-1