Mara Daniża tinsab fil-periklu tal-mewt wara li allegatament ir-raġel tagħha kien qed jerfagħha u għal xi raġuni waqgħu.
Il-Pulizija giet infurmata bil-każ ghal habta tad-8.45. Ir-raġel minnufih talab għall-assistenza peress li l-mara kellha xi ġrieħi. Kemm il-vittma kif ukoll ir-raġel għandhom 44 sena u huma ta’ nazzjonalità Daniża.
Fil-post waslet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji u tinsab fil-periklu tal-mewt
//= $special ?>