Qorti

Mixli bl-attentat ta’qtil ta’ raġel meta kien qiegħed jabbuża mid-droga

Julian Cuschieri ta’ 51 sena minn Bormla nżamm taħt arrest preventiv wara li huwa ġie mixli quddiem il-Maġistrat Consuela Scerri Herrera, bl-attentat ta’ qtil ta’ Stefano Caruana ta’ 33 sena. Huwa mifhum li ż-żewġ persuni kienu qegħdin jabbużaw mid-droga u kellhom xi jgħidu.

L-inċident seħħ fil-lejl ta’ bejn nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għaddew għall-ħabta ta’ 11.45 p.m. u 00.15 a.m. meta allegatament xehher diversi daqqiet ta’ sikkina u laqtu f’sidru. L-inċident seħħ fi Triq l-Inkurunazzjoni, f’Bormla.

Cuschieri ġie mixli wkoll li kkommwetta ferita gravi fuq Caruana, li żamm arma u strument li jaqta’ bil-ponta, li waqt li kien qed jikkommetti delitt, kellu arma fuqu u li kellu fil-pusses tiegħu d-droga eroina u kokaina, liema droga ma kienitx għal użu esklussiv tiegħu. Huwa ġie mixli wkoll li sar reċidiv u li kiser il-provedimenti tal-Qorti. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud filwaqt li l-Avukat Christopher Chircop deher għal Cuschieri.