Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ma jistax jitwemmen. Ilbieraħ ħareġ stqarrija li fiha qal li ma kienx jaf li l-Kummissjoni Ewropea se titlob bidliet fil-budget tal-Gvern Malti.
Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista qal li 24 siegħa wara, wara li l-media kkonfermat dawn il-passi mill-Kummissjoni Ewropea, l-Ministru tal-Finanzi ħareġ stqarrija li fiha kkonferma li l-Kummissjoni Ewropea ġibditlu l-attenzjoni u talbitu biex jagħmel bidliet fil-budget.
Edward Scicluna eżatt bħal Joseph Muscat, ma jistax jitwemmen.