Ewropa Lokali

Il-Kap tal-PN jattendi summit tal-Partit Popolari Ewropew

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jinsab fi Brussell fejn aktar tard illum se jkun qed jingħaqad ma’ numru ta’ mexxejja Ewropew waqt is-summit tal-Partit Popolari Ewropew. Dan is-summit se jkun qed isir ftit siegħat biss qabel laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

Dan is-Summit qed isir f’kuntest partikolari wara li lbieraħ ġiet approvata l-Kummissjoni Ewropea ġdida li se tkun immexxija mill-President Jean Claude Juncker.

F’kummenti qabel dan is-Summit, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li “huwa ta’ sodisfazzjon għalih li l-Parlament Ewropew approva l-Kummissjoni Ewropea mmexxija minn Jean Claude Juncker. Issa jibdew ħames snin ta’ ħidma għal din il-Kummissjoni ġdida li bla dubju trid tiffoka fuq l-ekonomija Ewropea, kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet li l-pajjiżi Ewropej għandhom ma’ pajjiżi oħra, b’mod speċjali dawk fl-Afrika ta’ Fuq.”