Internazzjonali

Il-PM Kanadiż: “Mhux se niġu intimidati”

Il-Kanada mhux se tiġi intimidata mit-terroriżmu. Kienet din l-istqarrija li għamel fl-aħħar sigħat il-Prim Ministru Kanadiż Stephen Harper wara l-isparatura li seħħet fil-Parlament u qrib il-Monument tal-Gwerra, hekk kif għadha għaddejja tfitxija għal aktar persuni li setgħu kienu nvoluti fl-isparatura.

L-aggressur kien Kanadiż li kkonverta għall-Iżlam

F’dan l-attakk tal-bieraħ inqatel il-Kapurall Nathan Cirillo, li kellu 24 sena – Kanadiż ta’ dixxindenza Taljana. Inqatel ukoll il-persuna li daħal jispara fil-Palrament, u li ġie identifikat bhala Kanadiż ikkonvertit għall-Iżlam.