AĠĠORNATA (2)
B’zieda għall-għoli tal-ħajja ta’ 58 ċentezmu se tkun tista’ tixtri bott polpa jew pakkett jelly. Kif rappurtat fil-gazzetti dalgħodu, iż-żieda fil-COLA li se jagħti l-Gvern fil-Baġit, ironikament lanqas se sservi għal flixkun cola. Wisq anqas biex tixtri pakkett karawett.
“Żieda ridikola” – Paul Pace
The Malta Independent dalgħodu qed jirrapporta kif il-FORUM Unions Maltin ma ġiex infurmat b’din iż-żieda għall-għoli tal-ħajja li se tkun ta’ 58 ċentezmu, filwaqt li s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb ma xtaqx jikkummenta.
Il-President tal-FORUM Paul Pace sostna li din iż-żieda hija waħda redikola. Fil-fatt, din hija l-inqas żieda tal-COLA li kellna għal snin twal.
Il-UĦM minn naħa l-oħra qed tistaqsi għaliex iċ-ċifra tnaqqset minn dik oriġinali ta’ €1.16 li kienet issemmiet numru ta’ ġranet ilu.
//= $special ?>