L-Alleanza tan-NATO qalet li l-ajruplani tal-gwerra tagħha interċettaw ajruplan Russu għall-ispjunaġġ fuq il-Baħar Baltiku, u dan il-każ qed iżid it-tensjoni fir-reġjun.
Intant, l-Estonja bagħtet għall-Ambaxxatur Russu wara li l-militar ta’ din l-eks-Repubblika Sovjetika sostna li l-ajruplan Russu inkwistjoni – tat-tip Ilyushin-20 – kien daħal fl-ispazju tal-ajru ta’ pajjiżu għal madwar minuta.
Ir-Russja wieġbet li l-ajruplan kien għaddej b’eżerċizzju ta’ rutina u li, fil-fatt, ma daħalx illegalment fl-ispazju tal-ajru tal-Estonja.
Aktar fil-ħarġa t’għada tan-Nazzjon


