Lokali

Marlene Farrugia tgħid li l-prezzijiet għandhom jiġu riveduti

‘Kieku nirrevedu l-prezzijiet tal-fuels, intejjbu l-kompetittivita’ tal-pajjiż u nħallu iktar flus fil-bwiet tan-nies,’ dan il-kliem li  sostniet id-Deputata Laburista Marlene Farrugia. Fuq Facebook hija tkellmet dwar id-diskrepanza li hemm bejn il-prezz internazzjonali taż-żejt u l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel li baqgħu għoljin.

Marlene Farrugia ippubblikat ukoll grafika li turi kif il-prezz internazzjonali taż-żejt jinsab fl-iktar livelli baxxi għal numru ta’ snin u jinsab qrib il-livelli ta’ Settembru 2010.

Grafika oħra turi il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel f’Settembru 2010 li kienu ta’ ewro u 20 ċenteżmu kull litru għall-petrol u ewro u sitt ċentezmu għal kull litru diesel.

F’April li għadda, Muscat kien għamel konferenza tal-aħbarijiet b’pompa kbira biex ħabbar roħs ta’ 2 ċenteżmi fuq il-petrol u d-diesel.
Iżda hekk kif nizel il-prezz taż-żejt, il-poplu Malti baqa’ jħallas ewro u 44 ċenteżmu għal kull litru petrol u ewro u 36 ċenteżmu għal kull litru diesel.

30 u 24 ċenteżmu iktar fil-litru meta mqabbel mal-aħħar darba li l-prezz taż-żejt kien qrib dak tal-lum.