Lokali

Mewġa ta’ serq mid-djar ġewwa l-Mellieħa

Storja li ġiet żvelata lbieraħ mill-Breakfast News ta’ Radio 101. Mewġa ta’ serq mid-djar ġewwa l-Mellieħa – din hija l-informazzjoni li waslitlina fl-aħħar sigħat u li tindika kif numru ta’ residenzi fil-Mellieħa ġew misruqa minn grupp ta’ kriminali fil-jumejn ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn.

Persuna tefgħet ritratt fuq il-grupp ta’ Facebook The Salott, qalet li l-persuni li jidhru f’dawn ir-ritratti, pruvaw jidħlu f’dar il-Mellieħa u għalhekk qed issaqi l-għajnuna tal-pubbliku biex jċemplu lill-pulizija, jekk jaraw lil xi ħadd minnhom fl-inħawi.

Jidher li l-Pulizija qed tieħu b’serjeta’ kbira dawn ir-rapporti ta’ serq mid-djar, b’ħafna mill-każi jseħħu fid-dawl tax-xemx fiż-żona ta’ Mellieħa Heights. Dak li qed jiġri fil-Mellieħa huwa simili ħafna għall-mewġa ta’ serq li kellna matul is-Sajf partikolarment f’Tas-Sliema.

Ritratti: The Salott