Il-Forzi Armati ta’ Malta, assistew diversi persuni li sabu ruħhom f’diffikulta kmieni llum wara nofsinhar, f’żewġ operazzjonijiet separati.
Tliet membri tal-ekwipaġġ minn bastiment irreġistrat Malta, kienu fil-periklu, barra mill-kosta ta’ Malta. L-ekwipaġġ ġie evakwat kmieni wara nofsinhar. Il-membru tal-ekwipaġġ li kien jinkludi wieħed Malti, ittieħdu l-art, bl-għajnuna tal-ħelikopter ‘ Italian Military Mission’ AB 212.
Fit-tieni operazzjoni ta’ salvataġġ, tlettax-il għaddas sabu ruħhom f’diffikulta fl-inħawi taż-Żurrieq. L-għaddasa kienu megħjuna mill-Membru ta’ salvataġġ tal-AFM. Fil-post intbaghat l- ‘Alouette’ ħelikopter.
L-għaddasa inġibu l-art b’mod sikur.
//= $special ?>