Fi tmiem din il-ġimgha, l-membri tal-partit, għaqdiet volontarji u l-pubbliku se jkollhom l-opportunita li jiġabru f’attivita organizzata mill-PN, jiddiskutu l-politika u jipproponu proposti li huma jemmnu li jistgħu jtejbu s-soċjeta.
Dan se jsir permezz tal-konvenzjoni tal-PN li se titlaqqa’ fil-Lukanda Corinthia San Ġorġ u li qed tkun ikkunsidrata bhala pass ieħor lejn iktar ftuħ tal-PN u lejn l-integrazzjoni ta’ iktar persuni u ideat ġodda fis-soċjeta. Propju għalhekk li t-tema tal-konvenzjoni hi ‘ideamalta’.
Permezz ta’ din il-Konvenzjoni, li se tingħalaq il-Ħadd bid-diskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil, il-PN se jkun qed jikseb iktar proposti u ideat ġodda mill-pubbliku biex jiddiskutihom fil-policy fora li nħolqu u eventwalmentt ikunu ikkunsidrati għall-politika tal-PN.
//= $special ?>