Qed tiġi mfissra bħala t-tmiem ta’ era fil-club Taljan ta’ Inter. Massimo Moratti irriżenja minn President Onorarju, u miegħu rriżenja ukoll ibnu Angelomario li kien Viċi President.
Din hija aħbar li ħasdet lil bosta Interisti. Għalkemm it-tensjoni bejn Moratti u l-President Thohir kienet ilha teskala sa mis-Sajf.
Sal-lum Moratti kellu sehem ta’ madwar 30% fil-club ta’ Inter.
//= $special ?>

