Il-Budget 2015 se jkun qed jitressaq f’nofs Novembru. Informazzjoni li kiseb dan is-sit tikkonferma li l-Gvern qed jippjana li f’nofs ix-xahar id-dieħel jippreżenta l-Budget tiegħu, illi fost l-oħrajn se jkun jinkludi dik li tista’ titqies bħala l-anqas żieda tal-COLA għal snin twal.
Anke l-ġurnal The Times dalgħodu jirrapporta li l-Budget se jsir f’nofs Novembru. Skont is-sorsi kwotati fit-Times, id-data magħżula mill-Gvern hija t-Tnejn 17 ta’ Novembru, li jfisser tliet ġimgħat oħra.
Sadatant, ilbieraħ il-PN saħaq li żieda ta’ 58ċ fil-ġimgħa ma tkunx biżejjed għall-pensjonanti u l-persuni l-aktar vulnerabbli. Ironikament, meta Gvern preċedenti kien ta żieda ta’ €1.16 fil-Budget tal-2011, Joseph Muscat kien niżżel lin-nies fit-toroq tal-Belt.
//= $special ?>