Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo ddefenda ż-żieda fil-meżati tal-eżamijiet tal-MATSEC jiġifieri fl-eżamijiet tal-‘O’ Levels u l-‘A’ Levels. Hu qal lil in-nazzjon li dawn ma kienux meżati li tħabbru fil-budget “għax din titħabbar minn min qed idaħħalha. L-Università qaltilna li ma tistax tibqa’ ġġorr minn sena għal sena iktar telf u allura din iż-żieda titħabbar meta jiddaħħlu l-meżati l-ġodda.”
Dan is-sit staqsa lill-Ministru Evarist Bartolo jekk dawn iż-żidiet jistgħux iwasslu biex xi studenti jagħzlu li jagħmlu inqas eżamijiet. Hu qal “meta toqgħod tqis l-ammont ta’ spejjeż li jintefqu fuq l-privat f’pajjiżna, jidher li l-ġenituri lesti jgħinu lil uliedhom b’kull mod.”
In-nazzjon staqsa wkoll lill-Ministru jekk jaħsibx li dawn iż-żiediet iżidu l-piż fuq il-familji Maltin. Hu qal “ħadd ma jieħu gost iħallas iktar minn qabel, ma naħsibx li kien hawn xi ħadd li beda jaqbez bil-ferħ. Dawn il-flus iridu jiġu minn fondi pubbliċi allura jew jiġu direttament minn min juża s-servizz jew inkella jiġu xorta mit-taxxi taċ-ċittadini b’mod indirett.”
Il-Ministru Bartolo spjega li persuni li kienu jingħataw għajnuna minħabba li jkunu qed jgħixu fuq benefiċċji soċjali se jibqgħu jingħataw din l-għajnuna.
//= $special ?>