Lokali

Il-Qorti tal-appell ttellef il-pleġġ mogħti lir-raġel mixli li qatel lil missier il-‘partner’

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Tonio Mallia dawwret deċiżjoni tal-Maġistrati fil-konfront ta’ Gregorio Scicluna mill-Kalkara, fejn qalet li dan ma kellux jingħata l-liberta’ proviżorja. Huwa jinsab akkużat li qatel lill-missier is-sieħba tiegħu u bl-attentat ta’ qtil tagħha u ta’ tnejn minn uliedhom.

Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha qalet li dan huwa reat serjissimu fejn is-soċjeta’ għandha tiġi protetta minn karattru bħal dan u li għandu kondotta kulurita. Scicluna ta’ 52 sena, magħruf bħal “Il-Goodie” jinsab akkużat bil-qtil ta’ missier is-sieħba tiegħu Joseph Caruana b’tir ta’ senter. Scicluna kien xorta waħda għadu l-ħabs peress ma kienx għadu ħallas id-depożitu ta’ €30,000.