Il-Pulizija u l-awtoritajiet fi New York qed jinvestigaw jekk raġel li attakka grupp żgħir ta’ pulizija b’mannara setax kellu konnessjoni mal-estremiżmu Iżlamiku u, b’mod partikulari, mal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS) li għaddej b’renju ta’ terrur fl-artijiet li waqgħu taħt idejh fis-Sirja u l-Iraq.
Wieħed mill-pulizija li spiċċaw vittmi tal-attakk jinsab f’sitwazzjoni kritika iżda stabbli wara li ġarrab daqqiet ta’ mannara f’rasu. Intant, l-aggressur tiegħu – li r-rapporti rreferew għalih bħala Zale Thompson, ta’ 32 sena, spiċċa maqtul minn diversi tiri, sekondi biss wara li hu wettaq l-attakk fid-distrett ta’ Queens.
//= $special ?>
