Il-Qorti tgħid li l-kawża ċivili b’konnessjoni ma’ Dar San Ġużepp għandha tkompli
Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Joseph R. Micallef ordnat biex il-każ dwar il-kumpens li kien sar mill-għaxar vittmi ta’ abbuż sesswali kontra l-ex saċerdoti Carmelo Pulis u Godwin Scerri ikompli. Dan wara li l-patrijiet ma wieġbux għall-kawża ċivili li kienet saret mill-vittmi.
Il-patrijiet kienu qalu li ma wieġbux fi żmien 20 jum skont il-liġi minħabba diversi raġunijiet, xi ħaġa li iżda l-Qorti qalet li dawn ir-raġunijiet ma kienux tajba biżżejjed li dan seħħ lil hinn mis-setgħa u l-kontroll tagħhom.
L-ex saċerdoti qalu li huma kienu ikkomunikaw ma’ Dun Martin Galea, Assistent Superjur Ġenerali tas-Soċjeta’ Missjunarja, u għarfu bil-każ u kien tħallew bl-impressjoni li dan kien se jeħodlu ħsieb kollox hu, u li lanqas ma kienu jafu li kellhom jippreżenta risposta fi żmien 20 jum. Minħabba f’dawn ir-raġunijiet huma kienu talbu lill-Qorti biex jitħallew iressqu l-kontestazzjoni tagħhom.
L-irġiel qegħdin jitolbu kumpens fil-kawża li huma fetħu iżda ma ngħatat l-ebda ċifra ta’ kemm il-vittmi qegħdin jippretendu li jieħdu. L-abbużi mill-ex membri tal-kleru kienu saru fil-bidu tas-snin tmenin u s-snin disgħin. Carmelo Pulis kien mar sitt snin ħabs wara li nstab ħati ta’ korruzzjoni ta’ minorenni f’disa’ okkażjonijiet. Tmien reati kienu seħħew f’Dar San Ġużepp, il-każ l-ieħor kien seħħ l-Marfa. Godwin Scerri kien mar ħames snin ħabs fuq akkużi simili, talli kkorrompa lil minorenni f’żewġ okkażjonijiet.
//= $special ?>
