Il-militar Żvediż waqqaf it-tfittxija għal sottomarin misterjuż li ilu għaddej għal dawn il-jiem fl-ibħra lejn in-Nofsinhar ta’ Stokkolma.
L-awtoritajiet tal-Iżvezja, fl-aħħar ġranet, issuspettaw li xi sottomarin tar-Russja kienu nqalgħulu l-problemi f’dik iz-zona ta’ baħar. It-tfittxija intensiva fl-inħawi involviet għadd ta’ ajruplan u vapuri tal-qawwiet tal-baħar Żvediżi.
//= $special ?>
