Il-Gvern Kanadiż m’għandux provi li r-raġel li wettaq l-isparatura fil-bini tal-Parlament f’Ottawa kellu rabtiet mat-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS) fil-Lvant Nofsani.
Sar magħruf li l-Prim Ministru Kanadiż, Stephen Harper, inħeba waqt li kienet għaddejja l-isparatura, b’numru ta’ deputati, dak il-ħin, iħejju l-arbli tal-bnadar biex jużawhom bħala ‘arma’ kontra l-aggressur armat.
Fl-istess ħin, Baird qed jgħid li m’hemmx provi li Michael Zehaf-Bibeau kien assoċjat mal-ISIS, avolja l-Kanada hi inkwetata dwar il-fatt li ’l fuq minn 100 Kanadiż radikali ssieħbu mal-jihad (gwerra qaddisa) fil-Lvant Nofsani.
//= $special ?>

