Internazzjonali

Mitlub jixhed għax kellu kuruna tar-rużarju

Xhur ilu fl-Italja nqalgħet il-kwistjoni dwar jekk għandomx jitneħħew is-slaleb mill-iskejjel fl-Italja. Issa jidher li jmiss li tinqala’ l-kwistjoni dwar il-kuruni tar-rużarju fil-karozzi.

Fil-provinċja ta’ Forli, l-Italja, sewwieq twaqqaf mill-Pulizija muniċipali biex l-uffiċjali fittxewlu fil-karozza. Imma kien f’dan il-mument li waħda mill-uffiċjali esprimiet diżappunt li mal-mera tal-karozza kellu mdendla kuruna tar-rużarju.

Imma dan l-episodju ma waqafx hawn hekk kif ir-raġel xi jiem wara rċieva notifika u ntalab imur fl-istazzjon tal-pulizija f’Santo Stefano biex jispjega u jgħid x’ġara dakinhar.