Sport

Nadal jirtira mill Masters ta’ Pariġi

It-tennista Spanjol Rafael Nadal mhux se jieħu sehem fil-Masters ta’ Pariġi minħabba ‘raġunijiet’ personali. Din l-aħbar tfisser li Nadal x’aktarx mhux se jieħu sehem fil-fażi finali tat-Tour tal-ATP ix-xahar li ġej. Minbarra Nadal, Marin Cilic, rebbieħ tal-US Open u Ernests Gulbis ukoll ħabbru li mhux se jikkompetu f’Pariġi. It-tnejn li huma irtiraw minħabba injury u minflok dawn it-tliet tennisti se jieħdu sehem Pablo Andujar ta’ Spanja, Jerzy Janowicz tal-Polonja u Vasek Pospisil tal-Kanada.

Nadal, li qieged fit-tielet post f’dak li huma rankings mondjali xorta waħda qed jikkompeti f’Basel matul din il-ġimgħa. Ta min jiftakar li Nadal, ftit tal-ġimgħat ilu kien ħabbar li fi tmiem is-sena se jkun operat minħabba appendiċite. Matul is-sena Nadal kellu diversi problemi fiżiċi u tilef diversi turnaments minħabba injury fil-polz.