Lokali

Time frame ieħor u deadline oħra li m’humiex jinżammu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien iddikjara li l-istudju dwar il-possibbilta ta’ pont bejn Malta u Għawdex kellu jkun lest biex it-tender jinħareġ sa tmiem l-2013.

Din id-data kienet thabret mill-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu fi stqarrija ministerjali li hu kien ghamel fit-18 ta’ Gunju 2013.

F’din l-istqarrija l-Prim Ministru kien qal li l-possibbilta ta’ pont bejn Malta u Ghawdex kienet wahda mill-possibbilta biex titjieb il-konnettivita bejn iz-zewg gzejjer u kien ta l-impressjoni li Gvern Laburista kien se jpoggi din il-possibbilta bhala prijorita.