Lokali

​​Il-PN b’ilment ieħor mal-istazzjon nazzjonali

Illum, il-Partit Nazzjonalista ressaq ilment mal-Editur tal-PBS Reno Bugeja dwar il-bulettin tal-aħbarijiet tal-bieraħ filgħaxija.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li huwa ta’ għajb li l-istazzjon nazzjonali qed juża tattiċi bħal dawk deskritti fl-ittra mibgħuta lis-Sur Bugeja biex jinnewtralizza konferenza tal-aħbarijiet tal-Oppożizzjoni.

Il-Partit Nazzjonalista jittama li l-PBS jieqaf juża l-manipulazzjoni fl-aħbarijiet tiegħu u joffri l-fatti kif suppost lill-poplu Malti u Għawdxi.