In-numru ta’ ħaddiema li l-impjieg tagħhom ġie tterminat għax spiċċaw redundant minn Marzu 2013 sa Awwissu 2014 kien ta’ 5,773 persuna f’Malta u 450 persuna f’Għawdex, total ta’ 6,223 persuna.
F’informazzoni li ta fil-Palament din il-ġimgħa l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi, jirrżulta li minn dawn il-ħaddiema, in-numru ta’ persuni li twaqqfu mix-xogħol għax l-entità li kienu jaħdmu fiha għalqet kien ta’ 1,212-il persuna f’Malta u 134 f’Għawdex, total ta’ 1,346.
Minn dawn il-ħaddiema 601 persuna sabu xogħol f’entità oħra f’Malta, filwaqt li 77 persuna sabu xogħol f’Għawdex.
//= $special ?>