Futbol Sport

Aktar polemika dwar it-Tazza tad-Dinja tal-Qatar

Aktar ma jgħaddu xhur aktar qed tkompli tiżdied il-polemika dwar it-Tazza tad-Dinja tal-2022 li se ssir fil-Qatar. Dan hekk kif issa l-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej (ECA), assoċjazzjoni li tinkludi klabbs bħal ma huma Man Utd, Liverpool, Barcelona u Bayern Munich qed titlob biex l-edzzjoni ssir f’Mejju tal-2022.

Minn meta l-Qatar rebaħ id-dritt li jorganizza t-Tazza tad-Dinja kien hemm kontroversji kbar dwar ix-xhur li se jintlagħbu fihom il-partiti minħabba s-sħana kbira li jekk hemm fil-pajjiż matul is-sajf. Minn naħa tagħhom l-organizzaturi tat-Tazza tad-Dinja dejjem qalu li huma lesti jibnu grawnds b’arja kundizzjonata imma l-President tal-FIFA Sepp Blatter qal li hu tal-idea li l-logħob jintlagħab fix-xitwa.