Bdiewa li għandhom l-għelieqi fl-inħawi ta’ Mġarr ix-Xini, fejn bħalissa qed jinġibed il-film ‘By the Sea’ ta’ Brad Pitt u Angelina Jolie, mhux jitħallew jaħdmu l-għelieqi tagħhom.
Persuni li tkellmu magħna spjegaw kif sa ftit jiem ilu huma kienu jistgħu jaċċessaw l-għelieqi tagħom billi juru l-karta tal-identita’ lill-pulizija jew uffiċjal tas-sigurta’ li jkun għassa.
Madankollu issa, spjegalna bidwi li għandu l-għalqa fl-inwawi ‘Tal-Gruwa’ qalilna li hu ma tħalliex jgħaddi. Il-Pulizija li kien għassa spjegalu li dawk huma l-ordnijiet li waslulu.
Fl-aħħar xhur dan l-istazzjon irraporta wkoll kif dan il-film ħoloq problema anke’ lil ċentri tal-għads li kellhom jikkanċellaw l-operazzjonijiet tagħhom minħabba l-għeluq tal-inċawi ta’ Mġarr ix-Xini, Ta’ Ċenċ u l-madwar.
//= $special ?>