Grupp ta’ madwar 200 immigrant, inkluż nisa u tfal u li qed jgħidu li huma Sirjani, mistenni jasal Malta propju f’dawn il-ħinijiet wara ħidma ta’ salvataġġ immexxija mill-Forzi Armati ta’ Malta. Stqarrija uffiċjali tgħid li l-Ħamis filgħaxija, iċ-Ċentru ta’ Ko-ordinazzjoni u Salvataġġ tal-Forzi Armati rċieva talba għall-għajnuna minn dgħajsa tas-sajd b’dawn il-200 persuna abbord u li kienet madwar 285 mil fix-Xlokk ta’ Malta
Il-Forzi Armati taw struzzjonijiet lill-eqreb vapur tal-merkanzija Eleanora Maersk sabiex jagħti l-ewwel għajnuna. Fid-dawl tal-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp b’riħ qawwi ta’ Forza 6-7, ġie deċiż li l-immigranti jittellgħu abbord il-vapur li qabad id-direzzjoni tal-Majjistral lejn Malta.
Izda l-immigranti irrifjutaw li jitilgĦu abbord il-patrol boats Maltin gĦaliex riedu jibqgĦu sejrin lejn l-Italja. Wara diversi sigĦat ta’ negozjati f’nofs ta’ baĦar imqalleb ġie deċiż li l-bastiment jibqa’ sejjer bl-immigranti lejn l-Italja.
Ritratti: AFM
//= $special ?>