Numru kbir ta’ Maltin li fl-aħħar ġimgħat ordnaw oġġetti differenti mill-Ebay infurmaw lil Maltarightnow li baqgħu ma rċivew xejn. L-oġġetti jvarjaw fid-daqs u t-tip tagħhom u ġejjin minn bejjiegħa differenti, li fil-maġġoranza tagħhom għandom voti għolja ħafna ta’ fiduċja minn xerrejja oħra.
Anke’ l-pajjiżi li minnu ġejjin dawn l-oġġetti jvarjaw, fil-maġġoranza pajjiżi barra mill-Ewropa, bħaċ-Ċina u l-Istati Uniti. Madankollu mhux qed jaslu lanqas oġġetti ordnati mill-Ewropa stess bħall-Bulgarija u r-Renju Unit.
Il-persuni li lmentaw magħna spjegaw kif issa għaddiet id-data ta’ skadenza biex dawn l-oġġetti jaslu u kien għalhekk li fetħu lmenti max-xerrejja u ngħataw flushom lura. Madankollu spjegawlna kif fl-aħħar mill-aħħar huma jridu l-oġġett li ordnaw.
Filwaqt li wħud issuġġerew li din il-problema tista’ tkun kawża tal-festi tal-Milied li issa qed joqorbu, u allura ħafna jfittxu jibagħtu l-posta minn kmieni, oħrajn qalulna li ilhom li ordnaw l-oġġetti minn Awwissu jew qabel.
Dan l-istazzjon ikkuntattja lill-Maltapost u ġejna nfurmati li f’pajjiżna m’hawnx posta pendenti iktar min-normal u għalhekk jidher li l-problema mhix min-naħa ta’ pajjiżna.
//= $special ?>