Lokali

Tkompli l-Konvenzjoni Generali tal-PN

L-ugwaljanza, l-ekonomija, id-demokrazija u l-futur ta’ pajjiŻna.

Dawn kienu fost it-temi trattati s-Sibt filgĦodu matul il-Konvenzjoni ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Konvenzjoni li Ġiet organizzata wara li saru bidliet fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista, biex din isservi bħala pjattaforma ta’ djalogu u xprun tal-ideat fil-partit.

U fi kliem dawk li attendew għas-sessjoni ta’ filgħodu, id-diskorsi tal-kelliema li kienu mistiedna jiehdu sehem f’din il-konvenzjoni kienu vibranti u ta’ ispirazzjoni

Fost oħrajn, kien hemm kelliema li tkellmu dwar il-vizjoni tagħhom għall-ekonomija Maltija, l-imprenditorjat u l-ħiliet tal-haddiem Malti, l-inklussivita’ soċjali, il-familja u l-futur ta’ Malta.

Kelliem saħansitra rrakontra l-esperjenza tiegħu bħala persuna transgender u d-diskrimazzjoni li jaffacja kuljum, filwaqt li studenta tal-liġi tenniet l-appell taghha li, minkejja li ġejja minn kulturi differenti, hi tqis lilha nnifisha bħala Maltija, titkellem b’ilsien Malti u tapprezza t-tradizzjonijiet kollha tal-poplu taghna.