Aktar dettalji f’ il-mument ta’ għada
Il-gazzetta il-mument għada se tiżvela b’mod esklussiv storja dettaljata dwar traffikar b’mod fin ħafna ta’ nies Asjatiċi fejn qegħdin jiġu sfruttati f’Malta. L-investigazzjoni li saret mill-ġurnalist Joe Mikallef tiffoka dwar kif dawn l-Asjatiċi jinġiebu Malta, u d-differenza bejn dak li jkunu gew imwiegħda f’pajjiżhom u eventwalment xi jsibu f’Malta.
L-investigazzjoni tinkludi sensiela ta’ artikli b’intervisti u ritratti esklussivi ta’ dan l-isfruttament ta’ dawn iċ-ċittadini Asjatiċi li qegħdin jispiċċaw vittmi ta’ organizzazzjoni mifruxa sew f’diversi pajjizi fosthom li twassal ukoll f’Malta.
Bħala parti minn din l-investigazzjoni, il-gazzetta il-mument għada se tiżvela wkoll kif kumpanija f’Malta li għandha rabta diretta mal-Gvern Ciniż hija involuta b’tali mod li dawn l-Asjatiċi li jinġiebu Malta qegħdin jgħixu f’kundizzjonijiet xejn sbieħ u jitħaddmu sigħat twal li mhumix diċenti.