Ambjent Lokali

Attivita’ fir-riserva naturali Is-Simar minn Birdlife Malta

L-għaqda ornitoloġika Birdlife Malta flimkien ma’ Merlin Publishers organizzaw attivita’ fir-riserva naturali Is-Simar bħala parti mill-ftuħ tar-riserva għax-xitwa kif ukoll bħala t-tnedija tal-ktieb ‘Merħba fir-rifuġju ta’ kobikisa!’ adattat għal Malti minn Loranne Vella.

Matul l-attivita’ it-tfal li attendew ħadu sehem f’bosta attivitajiet inkluż qari minn kotba mill-kittieb magħruf Trevor Zahra kif ukoll logħob ieħor. Fil-fatt inqraw bosta siltiet ukoll mill-ktieb ‘Il-Bogħod mill-Ħabs’ xogħol l-istess Zahra li wkoll għandu rabta mill-qrib mat-tema ekoloġika.

Kelliema għal Birdlife Malta Hannah Chisholm qalet qalet li għal Birdlife Malta l-opportunita’ li familji jesploraw in-natura hija ta’ importanza kbira għall-għaqda. Hija qalet li r-riserva issa ser tibqa’ miftuħa fi tmiem kull ġimgħa sa Mejju.

L-attivita’ kellha wkoll l-appoġġ tal-Bank of Valletta li ta rigal żgħir lit-tfal kollha li attendew.