L-ewwel Konvenzjoni Ġenerali organizzata mill-Partit Nazzjonalista u li kellha it-tema Idea Malta ġiet fi tmiemha dalgħodu fil-lukanda Corinthia f’San Ġiljan.
Rosette Thake, il-President tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-PN tat analiżi dwar dak kollu li ġie diskuss matul dawn it-tlett ijiem u fuq il-pjan ta’ azzjoni għall-partit ispirat minn dak li ssawwar mill-Konvenzjoni.
Il-Ġimgħa kien hemm dibattitu interessanti bejn il-Professur Oliver Friggieri u Godfrey Grima li matulu spikka l-appell tal-Profs Friggieri sabiex isib l-identita’ tiegħu. Huwa saħaq fuq il-fatt li l-poplu Malti dejjem bena l-iżvilupp tiegħu pass wara pass. F’mixja bil-mod madanakollu għadu jfittex l-identita’ tiegħu.
Matul il-konvenzjoni spikkaw workshops u interventi minn individwi li ġejjin minn kull qasam tas-socjeta’ Maltija u li spjegaw l-idejat tagħhom għall-pajjiżna minn lenti ta’ persuni li huma barra mill-PN.
Fost issues indirizzati kien hemm il-multi kulturalizmu u kif pajjiżna u kull soċjeta għandha taċċetta l-multi kulturaliżmu fi ħdanha sabiex jgħaqqad lill-istess soċjeta’, appell li il-minoritajiet f’Malta għandhom bżonn lill-Partit Nazzjonalista u dan meta dalwaqt se titressaq il-Gender Identity Bill fil-Parlament. Fuq livell soċjali ieħor issemmew il-persuni b’diżabilita’ fejn l-intergrazzjoni fis-soċjeta’ ġabet l-indipendenza u żvillup għall-persuna b’diżabilita’.
Saret referenza wkoll għall-sostenn lil għaqdiet volontarji, fejn għaqdiet non-governattivi qed issemgħu leħinhom sabiex iwasslu l-bidla meħtieġa, in-nuqqas ta’ opportunitajiet f’Għawdex u l-appell sabiex ikun hemm iktar impenn reali sabiex iseħħ l-iżvilupp bl-istess ritmu ekonomiku bħal dak f’Malta.
Kelliema oħra tkellmu dwar bżonn ta’ reviżjoni tal-Liġi dwar iċ-ċittadinanza, il-mentalita’ sostenibbli fl-ambjent, u kif pajjiżna għandu jibbaża lilu nnifsu fuq il-kwalita’ tax-xogħol, it-titjib tas-sistema edukkativa.
//= $special ?>