Internazzjonali

Ċans għal bidla hekk kif it-Tuneżini jivvotaw

Wara li f’Jannar li għadda t-Tuneżija adottat kostituzzjoni ġdida illum ser ssir elezzjoni ġenerali. Elezzjoni li qegħda ssir fl-isfond ta’ żieda fil-militanza u li l-ġlied fil-pajjiż ġar tal-Libja jinfirex anke fit-Tuneżija.

Il-qgħad għoli u t-tkabbir ekonomiku baxx ħafna jfisser li ħafna qegħdin jaraw din l-elezzjoni bħala ċans uniku għal bidla. Huma bosta dawk il-partiti li qegħdin jikkontestaw, minn partiti sekulari, għal partiti Soċjalisti u anke Islamiċi.

Is-sigurta fil-pajjiż hija għolja ħafna hekk kif il-militanti Islamiċi huma kontra t-transizzjoni lejn id-demokrazija.