Ekonomija Kummerċ Lokali

Ċertifikat tajjeb għall-BOV u l-HSBC

Żewġ banek ewlenin f’Malta, il-Bank of Valletta u l-HSBC ingħataw ċertifikat ta’ stabbilita’ mill-Bank Ċentrali Ewropew. Aħbar li l-Awtorita’ Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, u l-Bank Ċentrali ta’ Malta qalu li turi l-istabbilita’ u r-reżiljenza tal-banek konċernati. Anke d-Deutsche Bank li jopera’ f’Malta wkoll ingħata ċertifikat simili.

Is-sena li għaddiet 25 bank Ewropew kienu ndikati bħala problematiċi iżda din is-sena il-maġġoranza ta’ dawn il-banek ukoll ingħataw ċertifikat posittiv. L-Bank Ċentrali Ewropew sab li l-akbar problemi kienu fl-Italja, Ċipru u l-Greċja.